Download Print deze pagina

LG A12FT Handleiding pagina 130

Advertenties

Struzzjonijiet Importanti dwar is-Sigurtà
TWISSIJA
Biex jitnaqqas ir-riskju ta' splużjoni, nar, mewt, xokk
elettriku, korriment jew smit ta' persuni meta jintuża dan
il-prodott, segwi l-prekawzjonijiet bażiċi, inkluż dawn li
ġejjin:
Tfal fid-Dar
Dan l-apparat mhuwiex maħsub għall-użu minn persuni (inkluż tfal)
b'kapaċitajiet fiżiċi, sensorji jew mentali mnaqqsa, jew b'nuqqas ta'
esperjenza u għarfien, sakemm ma jkunux ingħataw superviżjoni
jew struzzjonijiet dwar l-użu tal-apparat minn persuna responsabbli
għas-sigurtà tagħhom. It-tfal għandhom ikunu sorveljati sabiex ikun
żgurat li dawn ma jilagħbux mal-apparat.
Għall-użu fl-Ewropa:
Dan l-apparat jista' jintuża minn tfal b'età minn 8 snin 'il fuq u minn
persuni b'kapaċitajiet fiżiċi, sensorji jew mentali mnaqqsa, jew
b'nuqqas ta' esperjenza u għarfien jekk ikunu ngħataw superviżjoni
jew struzzjonijiet dwar l-użu tal-apparat minn persuna responsabbli
għas-sigurtà tagħhom u jifhmu l-perikli involuti. It-tfal ma
għandhomx jilagħbu bl-apparat. It-tindif u l-manutenzjoni ma
għandhomx isiru mit-tfal mingħajr superviżjoni.
Installazzjoni
•Tinstallax il-kundizzjonatur tal-arja fuq wiċċ instabbli jew f'post fejn
hemm il-periklu li jaqa'.
•Ikkuntattja ċentru awtorizzat tal-manutensjoni meta qed tinstalla
jew tirriloka l-kundizzjonatur tal-arja.
•Installa l-pannell u l-għatu tal-kaxxa tal-kontroll b'mod sigur.
4
MT

Advertenties

loading

Deze handleiding is ook geschikt voor:

A09ft