Download Print deze pagina

LG A12FT Handleiding pagina 129

Advertenties

STRUZZJONIJIET DWAR IS-SIGURTÀ
Il-linji gwida dwar is-sigurtà li ġejjin huma maħsuba biex
jipprevjenu riskji jew ħsarat mhux mistennija minn tħaddim
perikoluż jew inkorrett tal-prodott.
Il-linji gwida huma separati fi "TWISSIJA" u "ATTENZJONI" kif
deskritt hawn taħt.
Dan is-simbolu jintwera sabiex jindika affarijiet u
tħaddim li jistgħu jikkawżaw riskju. Aqra l-parti b'dan
is-simbolu b'attenzjoni u segwi l-istruzzjonijiet sabiex
jiġi evitat riskju.
TWISSIJA
Dan jindika li n-nuqqas milli jiġu segwiti l-istruzzjonijiet
jista' jikkawża korriment serju jew mewt.
ATTENZJONI
Dan jindika li n-nuqqas milli jiġu segwiti l-istruzzjonijiet
jista' jikkawża korriment minuri jew ħsara lill-prodott.
Is-simboli li ġejjin qegħdin jidhru fuq l-unitajiet ta' ġewwa u ta'
barra. (għal R32)
Dan is-simbolu jindika li dan l-apparat juża refriġerant li
jaqbad. Jekk ikun hemm tnixxija ta' refriġerant u dan
ikun espost għal sors estern ta' tqabbid, ikun hemm
riskju ta' nar.
Dan is-simbolu jindika li l-Manwal tat-Tħaddim għandu
jinqara sew.
Dan is-simbolu jindika li persunal tas-servizz għandu
jkun qed iħaddem dan l-apparat b'referenza għall-
Manwal ta' Installazzjoni.
Dan is-simbolu jindika li hemm informazzjoni disponibbli
bħall-Manwal tat-Tħaddim jew il-Manwal ta'
Installazzjoni.
MT
3

Advertenties

loading

Deze handleiding is ook geschikt voor:

A09ft